
L-akbar u l-iktar Comedy Show segwit bil-Malti se jerġa’ jittella’ LIVE!
Tliet siegħat ta’ għoxxati, ċajt u skoss kliem ħażin! Din id-darba ikbar minn qatt qabel! Ejja… forsi ma tafx kif jispiċċaw arrestati fl-aħħar!

Il-BUB team jistiednu lil Daniel Borg Cardona! Nitkellmu mieghu fuq ix-xogħol tieghu ta' chef u restaurant owner, fuq meta kien iservi l-insetti, Sandra Gauci u l-porn, il-qarnit aljeni, stuffat tal-bebbux toghma ta' srum, x'kostumi tal-Marvel jixtieq jilbes waqt il-haxi, u niltaqaw ma' Varist.
Araħ issa
Il-BUB team jistiednu lil Conrad Borg Manche! Nitkellmu mieghu fuq ix-xogħol li għamel biex irritorna lill-Manoel Island f’idejn il-poplu, fuq kif salva l-unika ġnien li hemm il-Gżira, għalfejn iħobbom daqshekk dawn l-ostja siġar, il-Hamas, kemm hu king dak tal-kiosk ta' St Peter's Pool, l-imhabba li ghandu lejn il-MIDI, u nergaw niltaqaw ma' Gege De Granalla.
Araħ issa
Il-BUB team jistiednu lil Ed Vassallo! Nitkellmu mieghu fuq il-kummiedja, ix-xoghol tieghu bhala Ghalliem, l-evazjoni tat-taxxa, wirdien ta' orjentazzjoni omosesswali, Del Piero, l-liba scripts fl-istandup comedy, u niltaqaw ma' Metsola b'kollegament specjali mil-Ewropa.
Araħ issaInti meta tiltaqa' ma' sħabek privatament fuq xiex titkellmu? ... Fuq it-temp? Fuq kemm hu kiesaħ il-baħar? ...
Jekk iva, dan ix-xow ma jgħoddx għalik. Għax aħna, bħal ħafna nies, meta nilqgħu mistieden fid-dar tagħna, nitnejku ma xulxin, nitkellmu fuq affarijiet privati u ma nieqfux nidħku! Kun parti mil-konverżazzjoni...